24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-239/17) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Ġermanja - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa applikata għall-frekwenza insuffiċjenti tal-kontrolli ewlenin - Obbligu ta’ kalkolu u ta’ kontabbiltà annwali tal-interessi - Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Artikolu 6(h) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)
(2019/C 213/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentati: inizjalment D. Klebs u T. Henze, sussegwentement D. Klebs, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: D. Triantafyllou, u M. Zalewski, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn tirrigwarda lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy