14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/17) (1)
((FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 585/2011 - Miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ temporanju favur is-settur tal-frott u tal-ħaxix minħabba epidemija mortali kkważata mill-batterja Escherichia coli (E. coli) enteroemorraġika - Operazzjoni għan-nuqqas ta’ ħsad - Portata tal-kumpens favur produtturi li wettqu tali operazzjonijiet - Spejjeż magħmula mill-Polonja - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2019/C 16/50)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Pawlicka, K. Straś u B. Paziewska, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik u D. Milanowska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264 tal-14 ta’ Frar 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2017, L 39, p. 12), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 4 438 056,66 imġarrab mir-Repubblika tal-Polonja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy