4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-247/17) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista - Dritt għall-proprjetà - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2019/C 82/57)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2017 L 58, p. 34), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fuq il-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi li fir-rigward tagħhom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy