5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – avanti vs EUIPO (avanti)
(Kawża T-250/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea avanti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 083/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: avanti GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bahmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 (Każ R 801/2016-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv avanti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
avanti GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.