25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Der Grüne Punkt vs EUIPO – Halston Properties (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku b’żewġ vleġeġ)
(Kawża T-253/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark kollettiva figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ċirku b’żewġ vleġeġ - Użu ġenwin tat-trade mark - Revoka parzjali - Dikjarazzjoni ta’ revoka parzjali - Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) - Regola 22(4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 10(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625) - Preżentazzjoni tat-trade mark fuq ippakkjar - Perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti”))
(2019/C 72/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, I. Rohr u N. Ebbecke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Halston Properties, s. r. o. (Bratislava, is-Slovakkja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2017 (Każ R 1357/2015-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Halston Properties u Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 19.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy