Kawża T-264/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Uponor Innovation vs EUIPO (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SMATRIX — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti AsyMatrix — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) — Estensjoni tal-eżami li għandu jsir mill-mill-Bord tal-Appell — Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ prova prodotta quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni”)
C2492018MT2820120180606MT0035282292
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Uponor Innovation vs EUIPO
(Kawża T-264/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SMATRIX — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti AsyMatrix — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b)) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95 tar-Regolament 2017/1001) — Estensjoni tal-eżami li għandu jsir mill-mill-Bord tal-Appell — Assenza ta’ evalwazzjoni ta’ prova prodotta quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni”)”2018/C 249/35Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Uponor Innovation AB (Borås, l-Iżvezja) (rappreżentant: A. Kylhammar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Swep International AB (Landskrona, l-Iżvezja) (rappreżentanti: J. Norderyd u C. Sundén, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Swep International u Uponor Innovation.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2017 (Każ R 236/2016-2) hija annullata.
2)
Il-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
3)
Swep International AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Uponor Innovation fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
( 1 ) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy