5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Settembru 2018 – Kwizda Holding vs EUIPO – Dermapharm (UROAKUT)
(Kawża T-266/17) (1)
([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea UROAKUT - Trade marks figurattivi preċedenti nazzjonali u internazzjonali UroCys - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Setgħa ta’ bidla - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 399/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kwizda Holding GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L. Wiltschek, D. Plasser u K. Majchrzak, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermapharm GmbH (Vjenna) (rappreżentanti: H. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1221/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dermapharm u Kwizda Holding.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1221/2016-4) hija annullata.
2)
L-oppożizzjoni mressqa minn Dermapharm GmbH hija miċħuda.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kwizda Holding GmbH, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
4)
Dermapharm għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 202, 26.6.2017.
Full & Egal Universal Law Academy