24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Quadri di Cardano vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-273/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt – Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Nazzjonalità tal-Istat ta’ impjieg - Residenza fl-Istat ta’ impjieg - Dmirijiet f’organizzazzjoni internazzjonali - Kuntratt ta’ xogħol temporanju”))
(2018/C 341/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alessandro Quadri di Cardano (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Bohr u M. Mensi, sussegwentement T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Lulju 2015 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, inkwantu rrifjutat l-għoti tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent meta beda jaħdem mal-INEA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alessandro Quadri di Cardano huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 10.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy