25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2018 – GE.CO.P. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-280/17) (1)
((“Kuntratti pubbliċi - Regolament finanzjarju - Esklużjoni minn proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sentejn - Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-irċevuta ta’ notifika”))
(2019/C 72/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: GE.CO.P. (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Naticchioni, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2017 li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17), u li tordna l-pubblikazzjoni ta’ din l-esklużjoni fuq is-sit internet tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, tal-atti kollha li huma preċedenti jew sussegwenti għal din id-deċiżjoni, inklużi dawk li r-rikorrenti ma hijiex konxja tagħom.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Marzu 2017 li teskludi lil GE.CO. P. Generale Costruzioni e Progettazioni S.p.A mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ fondi fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li tordna l-pubblikazzjoni ta’ din l-esklużjoni fuq is-sit internet tal-Kummissjoni hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy