25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – SH vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-283/17) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta’ “wild dipendenti” - Sentenza ta’ tutela bbażata fuq il-leġislazzjoni ta’ pajjiż terz li tirrigwarda l-protezzjoni tal-minuri - Rifjut li jingħata l-istatus ta’ wild dipendenti lill-minuri taħt tutela - Ugwaljanza fit-trattament - Dritt għall-edukazzjoni - L-aħjar interess tal-wild))
(2019/C 72/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: SH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Mensi, T. S. Bohr u A.-C. Simon, sussegwentement T. S. Bohr u G. Berscheid, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u M. Windisch, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2016 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ irrifjutat li testendi l-ħlas tal-allowance għat-tfal dipendenti lir-rikorrent kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni tat-3 ta’ Frar 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Ottubru 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SH hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy