18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – Swemac Innovation vs EUIPO – SWEMAC Medical Appliances (SWEMAC)
(Kawża T-287/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SWEMAC - Isem tal-kumpannija jew isem kummerċjali nazzjonali preċedenti SWEMAC Medical Appliances AB - Raġuni relattiva għal rifjut - Dekadenza minħabba tolleranza - Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”))
(2019/C 103/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Swemac Innovation AB (Linköping, l-Isvezja) (rappreżentant: G. Nygren, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SWEMAC Medical Appliances AB (Täby, l-Isvezja) (rappreżentant: P. Jonsell, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2017 (Każ R 3000/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Swemac Innovation u SWEMAC Medical Appliances.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Swemac Innovation AB hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn SWEMAC Medical Appliances AB, għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 213, 3.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy