Kawża T-294/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali Lion’s Head — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LION CAPITAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
C2592018MT3410120180614MT0047341341
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2018 – Lion’s Head Global Partners vs EUIPO – Lion Capital (Lion’s Head)
(Kawża T-294/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali Lion’s Head — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LION CAPITAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”2018/C 259/47Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lion’s Head Global Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Nöske, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lion Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: D. Rose u J. Warner, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Frar 2017 (Każ R 1478/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lion Capital u Lion’s Head Global Partners.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lion’s Head Global Partners LLP hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy