28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Buck-Chemie vs EUIPO – Henkel (Sistema ta’ tindif għat-tojlit)
(Kawża T-296/17) (1)
((“Disinni Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta sistema ta’ tindif għat-tojlit - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2019/C 35/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Buck-Chemie GmbH (Herrenberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schultze, J. Ossing, R.-D. Härer, C. Weber, H. Ranzinger, C. Brockmann u C. Gehweiler, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tmien Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 2113/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Buck-Chemie u Henkel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Buck-Chemie GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Henkel AG & Co. KGaA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli li saru quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy