26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — adidas vs EUIPO — Shoe Branding Europe (Rappreżentazzjoni ta’ tliet strixxi paralleli)
(Kawża T-307/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta tliet strixxi paralleli - Raġuni assoluta għal invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Forma ta’ użu li ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni - Forma li tvarja mill-forma li fiha t-trade mark ġiet irreġistrata b’varjazzjonijiet mhux negliġibbli - Inverżjoni tal-iskema ta’ kuluri”)
(2019/C 288/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Fowler u I. Junkar, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1515/2016-2) dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Shoe Branding Europe u adidas.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adidas AG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Shoe Branding Europe BVBA.
3)
Marques għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy