30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Optile vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-309/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun ta’ Île-de-France - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern - Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Artikolu 107 TFUE - Artikolu 108 TFUE - Artikolu (1)(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589”)
(2019/C 328/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Organisation professionnelle des transports d’Île de France (Optile) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. Thiriez u M. Dangibeaud, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (ĠU 2017, L 209, p. 24).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-organisation professionnelle des transports d’Île de France (Optile) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.