4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2018 – Campbell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika tal-Litwanja - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u awditi - Preżunzjoni ġenerali - Interess pubbliku superjuri”))
(2019/C 44/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Liam Campbell (Dundalk, l-Irlanda) (rappreżentanti: J. MacGuill u E. Martin-Vignerte, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 2448 finali tas-7 ta’ April 2017 li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ ksur 2013/0406 kontra r-Repubblika tal-Litwanja dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU 2010, L 280, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Liam Campbell u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy