4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 – Hebberecht vs SEAE
(Kawża T-315/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - SEAE - Assenjazzjoni - Pożizzjoni ta’ kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Etjopja - Deċiżjoni li tirrifjuta li testendi l-assenjazzjoni - Interess tas-servizz - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2019/C 44/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Fourmies, Franza) (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spac, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti fit-3 ta’ Frar 2017 li tiċħad l-ilment tagħha intiż kontra d-deċiżjoni tas-SEAE li ma jestendix l-assenjazzjoni tagħha fil-pożizzjoni ta’ kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Etjopja u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għal dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad it-talba ta’ Chantal Hebberecht sabiex jestendi b’sena l-assenjazzjoni tagħha bħala kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Etjopja hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy