3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/71
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2019 — Aldridge et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-319/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Aġenti temporanji - OLAF - Kuntratt għal żmien mhux iddeterminat - Deċiżjoni tad-direttur tal-OLAF li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni mill-ġdid unika għal grad superjuri - Talba sabiex tiġi mibdija proċedura annwali ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid - Miżura ta’ natura ġenerali - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt tat-tluq - Pubblikazzjoni fuq l-intranet - Inammissibbiltà”)
(2019/C 187/75)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Adam Aldridge (Schaerbeek, il-Belġju), u t-32 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Radu Bouyon u M. Mensi, sussegwentement L. Radu Bouyon u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-15 ta’ Lulju 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tiġi implementata proċedura annwali ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid kif ukoll tad-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tat-13 ta’ Frar 2017 li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Adam Aldridge u l-aġenti l-oħra u ex aġenti temporanji tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li isimhom huwa inkluż fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy