12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)
(Kawża T-328/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva BBQLOUMI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 408/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, V. Marsland, solicitor, u S. Baran, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh, D. Walicka u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: D. Dimitrova, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2017 (Każ R 497/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi u M. J. Dairies.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy