30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Steifer vs KESE
(Kawża T-331/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni - Trasferiment lill-iskema tal-Unjoni - Akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità - Rimbors tal-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni mhux meħuda inkunsiderazzjoni fis-sistema ta’ kalkolu tas-snin ta’ servizz pensjonabbli tal-Unjoni - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Assenza ta’ żball skużabbli - Responsabbiltà - Inammissibbiltà”)
(2019/C 328/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Guy Steifer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M.-A. Lucas u M. Bertha, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament, tan-nota tad-Direttur tar-Riżorsi Umani u Finanzjarji tal-KESE, tal-21 ta’ Ottubru 2002, li tiċħad it-talba tar-rikorrent tat-2 ta’ Ottubru 2002 għar-rimbors, flimkien mal-interessi moratorji, tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu ittrasferiti lill-iskema tal-Unjoni Ewropea, u tad-Deċiżjoni 360/03 A tal-imsemmi direttur, tal-15 ta’ Diċembru 2003, li tistabbilixxi d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu, it-tieni nett, għall-kundanna tal-KESE sabiex jirrimborsah l-ammont tal-arretrati perjodiċi mħallsa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Pensjonijiet lill-KESE sa mill-1 ta’ Jannar 2004 bħala trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni u, b’mod mensili, l-ammont tal-imsemmija arretrati perjodiċi li ser jitħallsu fil-futur, u, it-tielet nett, għall-kumpens tad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba wieħed mill-motivi tal-imsemmija nota, li permezz tagħha dan id-direttur allegatament informah b’mod żbaljat li ma kellu dritt għal ebda pensjoni Belġjana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Guy Steifer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 231, 17.7.2017.