18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2019 – The GB Foods vs EUIPO – Yatecomeé (YATEKOMO)
(Kawża T-336/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali YATEKOMO - Trade mark nazzjonali figurattiva yatecomeré - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda insostenn tal-eżattezza tal-fatti magħrufa - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 103/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: The GB Foods, SA (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. C. Buganza González u E. Torner Lasalle, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yatecomeré, SL (Ribadumia, Spanja) (rappreżentanti: J. C. Erdozain López, V. Arnaiz Medina u L. Montoya Terán, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1506/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Yatecomeré u the GB Foods.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The GB Foods, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy