28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (SEVENOAK)
(Kawża T-339/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SEVENOAK - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti 7seven - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 35/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1326/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Seven u Shenzhen Jiayz Photo Industrial.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1326/2016-1) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, tmienja minn kull għaxra tal-ispejjeż sostnuti minn Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd.
4)
Seven SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, wieħed minn kull għaxra tal-ispejjeż sostnuti minn Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd.
5)
Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd għandha tbati wieħed minn kull għaxra tal-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy