30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Hotelbeds Spain vs EUIPO – Guidigo Europe (Guidego what to do next)
(Kawża T-346/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Guidego what to do next - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea GUIDIGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 152/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hotelbeds Spain, SL (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guidigo Europe (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Lipovetsky, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 449/2016-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guidigo Europe u Hotelbeds Spain.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hotelbeds Spain, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 239, 24.7.2017.