25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Mubarak vs Il-Kunsill
(Kawża T-358/17) (1)
((“Politika esterna u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Iffriżar tal-fondi - Għanijiet - Kriterji ta’ inklużjoni tal-persuni kkonċernati - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista tal-persuni kkonċernati - Bażi fattwali - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Bażi legali - Proporzjonalità - Dritt għal smigħ xieraq - Preżunzjoni tal-innoċenza - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt tal-proprjetà - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))
(2019/C 72/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, J. Pobjoy, barrister, G. Martin, M. Rushton u C. Enderby Smith, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Kneale u M. Veiga, sussegwentement J. Kneale u A. Sikora-Kalėda, aġenti)
Suġġett
Talba mressqa abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/496, tal-21 ta’ Marzu 2017, li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2017, L 76, p. 22), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/491, tal-21 ta’ Marzu 2017, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2017, L 76, p. 10), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466, tal-21 ta’ Marzu 2018, li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2018, L 78I, p. 3), u, ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465, tal-21 ta’ Marzu 2018, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2018, L 78I, p. 1), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mohamed Hosni Elsayed Mubarak huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 239, 24.07.2017.
Full & Egal Universal Law Academy