8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/17) (1)
(“FEŻR - Rifjut li tiġi kkonfermata kontribuzzjoni finanzjarja għal proġett kbir - Artikolu 41(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Evalwazzjoni tal-koerenza ta’ proġett kbir mal-prijoritajiet tal-programm operattiv - Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 - Qbiż tat-terminu”)
(2019/C 131/47)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, A. Kyratsou u M. Siekierzyńska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1904 finali, tat-23 ta’ Marzu 2017, li tirrifjuta li tikkonferma lir-Repubblika tal-Polonja kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Tnedija tal-produzzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ muturi dijżil minn Volkswagen Motor Polska” fil-kuntest tal- assi prijoritarja IV tal-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy