3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2018 – Linak vs EUIPO – ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku)
(Kawża T-367/17) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja rreġistrata li tirrappreżenta kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku - Trade mark Komunitarja preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2018/C 436/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Sakalaite-Orlovskiene u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1411/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Linak u ChangZhou Kaidi Electrical.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Linak A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy