Kawża T-369/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Deċiżjoni li tiffissa n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli — Terminu raġonevoli — Dritt għal smigħ — Ċertezza legali — Ugwaljnza fit-trattament — Aspettattivi leġittimi — Responsabbiltà”)
C2592018MT3510120180607MT0048351351
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/17) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Deċiżjoni li tiffissa n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli — Terminu raġonevoli — Dritt għal smigħ — Ċertezza legali — Ugwaljnza fit-trattament — Aspettattivi leġittimi — Responsabbiltà”)”2018/C 259/48Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2016 li tiffissa n-numru ta’ snin tas-servizz pensjonabbli li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, wara talba għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fil-kariga fis-servizz tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent bħala riżultat tal-illegalitajiet allegatament imwettqa mill-Kummissjoni meta pproċessat it-talba tiegħu għal trasferiment.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
( 1 ) ĠU C 249, 31.7.2017.
Full & Egal Universal Law Academy