3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/72
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2019– Qualcomm u Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-371/17) (1)
(“Kompetizzjoni - Suq ta’ baseband chipsets użati f’apparat elettroniku tal-konsumatur - Proċedura amministrattiva - Artikolu 18(3) u Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Neċessità tal-informazzjoni mitluba - Proporzjonalità - Oneru tal-prova - Prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ awtoinkriminazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)
(2019/C 187/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti), Qualcomm Europe, Inc. (Sacramento, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato u M. Davilla, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Conte, M. Farley u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2258 finali tat-31 ta’ Marzu 2017 dwar proċedura b’applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża AT.39711 — Qualcomm (prezzijiet predatorji));
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Qualcomm, Inc. u Qualcomm Europe, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy