4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Fulia Trading (LV BET ZAKŁADY BUKMACHERSKIE)
(Kawża T-373/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LV BET ZAKŁADY BUKMACHERSKIE - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea LV - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)) - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Deċiżjonijiet preċedenti tal-EUIPO li jirrikonoxxu r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”))
(2019/C 44/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fulia Trading Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Karpierz, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1567/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Louis Vuitton Malletier u Fulia Trading.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1567/2016-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Louis Vuitton Malletier.
3)
Fulia Trading Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Louis Vuitton Malletier.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy