Kawża T-375/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Fenyves vs EUIPO (Blue) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Blue — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)
C2592018MT3520120180612MT0049352362
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2018 – Fenyves vs EUIPO (Blue)
(Kawża T-375/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Blue — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)”)”2018/C 259/49Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Klaudia Patricia Fenyves (Hevesvezekény, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Monteiro Alves, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1974/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Blue bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Klaudia Patricia Fenyves hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy