25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2018 – La Zaragozana vs EUIPO – Heineken Italia (CERVISIA)
(Kawża T-378/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CERVISIA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERVISIA AMBER - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2019/C 72/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti: L. Broschat García u A. M. Santos Peribañez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Heineken Italia SpA (Pollein, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u G. Ghisletti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1241/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Zaragozana u Heineken Italia.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Marzu 2017 (Każ R 1241/2016-5) hija annullata.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 256, 7.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy