12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Ċipru vs EUIPO – M. J. Dairies (BBQLOUMI)
(Kawża T-384/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BBQLOUMI - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 408/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, V. Marsland, solicitor, u S. Baran, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh, D. Walicka u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentant: D. Dimitrova, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2017 (Każ R 496/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u M. J. Dairies.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 14.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy