Kawżi T-402/17 u T-403/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House u VIENNA HOUSE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali Vienna House u figurattiva VIENNA HOUSE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001]”)
C2942018MT4520120180703MT0060452462
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2018 – Vienna International Hotelmanagement vs EUIPO (Vienna House u VIENNA HOUSE)
(Kawżi T-402/17 u T-403/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali Vienna House u figurattiva VIENNA HOUSE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001]”)”2018/C 294/60Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vienna International Hotelmanagement AG (Vjenna, l-Awstrija) rappreżentant: E. Zrzavy, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każijiet R 333/2016-4 u R 332/2016-4, dwar applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal verbali Vienna House u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv VIENNA HOUSE bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-402/17 u T-403/17 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.
2)
Ir-rikors huma miċħuda.
3)
Vienna International Hotelmanagement AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy