Kawża T-413/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Karl Storz vs EUIPO [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva 3D — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karatru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”]
C2682018MT3710120180619MT0045371371
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Karl Storz vs EUIPO
(Kawża T-413/17) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva 3D — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karatru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”]”2018/C 268/45Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Karl Storz GmbH & Co. KG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gruber u N. Siebertz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ April 2017 (Każ R 1502/2016-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva 3D.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ April 2017 (Każ R 1502/2016-2) hija annullata, safejn din tikkonċerna il-prodotti tal-“kartolerija”, inklużi fil-klassi 16 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
( 1 ) ĠU C 277, 21.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy