Kawża T-419/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VSL#3 — Trade mark li saret isem normali fil-kummerċ ta’ prodott jew ta’ servizz li għalih hija rreġistrata — Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku — Artikolu 51(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
C2402018MT4110120180518MT0045411411
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2018 – Mendes vs EUIPO – Actial Farmaceutica (VSL#3)
(Kawża T-419/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VSL#3 — Trade mark li saret isem normali fil-kummerċ ta’ prodott jew ta’ servizz li għalih hija rreġistrata — Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku — Artikolu 51(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”2018/C 240/45Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Mendes SA (Lugano, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Carpineti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Actial Farmaceutica Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: S. Giudici, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1306/2016-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Mendes u Actial Farmaceutica.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mendes SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 277, 21.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy