28.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 35/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Novembru 2018 – Fruit of the Loom vs EUIPO
(Kawża T-424/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRUIT - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 35/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 2119/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Takko Holding u Fruit of the Loom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fruit of the Loom, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 318, 25.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy