15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2019 — Yellow Window vs EIGE
(Kawża T-439/17) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Provvista ta’ servizzi għall-implimentazzjoni tal-istudju fuq il-mutilazzjoni ġenitali femminili - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Koerenza bejn il-kummentarji u n-nota ċifrata - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
(2019/C 139/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Yellow Window (Anvers, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)
Suġġett
L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE, tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y u li tawha dan il-kuntratt, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni sostnuti minħabba dawn id-deċiżjonijiet u, it-tielet nett, sussidjarjament, talba għal kumpens minħabba l-irregolaritajiet imwettqa fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratt.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tat-8 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-offerta magħmula minn Yellow Window NV fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt EIGE/2017/OPER/04, kif ukoll id-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Mejju 2017 li għażlu l-offerta magħmula mill-kumpannija Y fil-kuntest ta’ dik il-proċedura u li tawha dan il-kuntratt huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Yellow Window għandha tbati 25 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha u EIGE għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u 75 % tal-ispejjeż sostnuti minn Yellow Window.
(1) ĠU C 338, 9.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy