25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Arca Capital Bohemia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-440/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”))
(2019/C 72/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arca Capital Bohemia a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Nedelka, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u A. Buchet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tinsab fit-tweġiba tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2017 għat-talba inizjali għal aċċess għal dokumenti marbuta ma’ proċedura ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3130 finali tal-4 ta’ Mejju 2017 li tirrifjuta li tagħti dan l-aċċess.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arca Capital Bohemia a.s. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy