3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2018 – CompuGroup Medical vs EUIPO – Medion (life coins)
(Kawża T-444/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali life coins - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 436/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: CompuGroup Medical AG (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Medion AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Hagemeier, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2017 (Każ R 1569/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Medion u CompuGroup Medical.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CompuGroup Medical hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ Medion AG.
(1) ĠU C 283, 28.8.2017.
Full & Egal Universal Law Academy