1.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 122/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2019 — TV vs Il-Kunsill
(Kawża T-453/17) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali bi prova - Perijodu ta’ prova - Rapport dwar il-perijodu ta’ prova - Avviż tal-Kumitat tar-Rapporti - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Ħiliet professjonali insuffiċjenti - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2019/C 122/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: TV (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Awwissu 2016 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent meta ntemm il-perijodu ta’ prova tiegħu kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u min-naħa l-oħra sabiex tikseb kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent b’konsegwenza ta’ dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TV huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.