14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – “Pro NGO!” vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-454/17) (1)
((“Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Investigazzjoni ta’ awditur privat - Investigazzjoni tal-OLAF - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni amministrattiva fil-konfront tar-rikorrenti - Esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ sitt xhur - Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni - Motiv ġdid - Dritt tad-difiża”))
(2019/C 16/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti:“Pro NGO!” (Non-Governmental-Organisations/Nicht-Regierungs-Organisationen) e.V. (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Scheid, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u B.-R. Killmann, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2017 li timponi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti għal perijodu ta’ sitt xhur mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), u ta’ esklużjoni tar-rikorrenti għal perijodu identiku mill-għoti ta’ fondi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU 2015, L 58, p. 17)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
“Pro NGO!” (Non-Governmental-Organisations/Nicht-Regierungs-Organisationen) e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 330, 2.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy