4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2018 – Shindler et vs Il-Kunsill
(Kawża T-458/17) (1)
((“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni - Ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti tal-ħruġ - Artikolu 50 TUE - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit sabiex jiġi konkluż l-imsemmi ftehim - Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni - Att preparatorju - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”))
(2019/C 44/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u t-12-il rikorrenti oħra li isimhom jidher f’anness tas-sentenza (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) tat-22 ta’ Mejju 2017 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għal ftehim li jistipula l-arranġamenti dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea (dokument XT 21016/17), inkluż l-anness ta’ din id-deċiżjoni li jistabbilixxi d-direttivi għan-negozjar tal-imsemmi ftehim (dokument XT 21016/17 ADD 1 REV 2),
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Harry Shindler u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk imġarrba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy