25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Fifth Avenue Entertainment vs EUIPO – Commodore Entertainment (THE COMMODORES)
(Kawża T-459/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali THE COMMODORES - Sinjal preċedenti mhux irreġistrat Commodores - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Raġuni relattiva għal rifjut - Riferiment għad-dritt nazzjonali li jirregola t-trade mark preċedenti - Sistema tal-azzjoni kontra l-abbuż mid-denominazzjoni (action for passing off)”))
(2019/C 72/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fifth Avenue Entertainment LLC (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u D. Cañadas Arcas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u S. Bonne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Commodore Entertainment Corp. (Saint Paul, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Mellor, QC, u J. Whelan, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Mejju 2017 (Każ R 851/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Commodore Entertainment u Fifth Avenue Entertainment.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Mejju 2017 (Każ R 851/2016-5) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Fifth Avenue Entertainment LLC.
3)
Commodore Entertainment Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy