5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA
(Kawża T-462/17) (1)
(“Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Kuntratt għal żmien ddeterminat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 26 tal-Istatut - Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju morali”)
(2019/C 263/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TO (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn D. Nessaf u J. Van Pottelberge, sussegwentement minn J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża minn naħa, għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 li biha d-direttur eżekuttiv tal-AEA irrexxinda r-reklutaġġ tar-rikorrenti bħala aġent kuntrattwali u, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017, li biha l-imsemmi direttur ċaħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016, li biha d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEA) irrexxinda r-reklutaġġ ta’ TO bħala aġent kuntrattwali, hija annullata.
2)
L-AEE hija kkundannata tħallas lil TO ammont li jekwivali għal xahar ta’ remunerazzjoni fuq il-bażi ta’ preavviż u għal terz tas-salarju bażiku mensili tal-perijodu ta’ prova mwettaq mir-rikorrenti, li minnu għandha jitnaqqas il-kumpens tat-tkeċċija li hija diġà rċeviet.
3)
L-AEA hija kkundannata tħallas lil TO l-ammont ta’ EUR 6 000.
4)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
5)
L-AEA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn TO.
6)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.
(1) ĠU C 347, 16.10.2017