Kawża T-463/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE) “Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RAISE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament Nru 2017/1001”
C2212018MT2320120180503MT0028232242
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – Raise Conseil vs EUIPO – Raizers (RAISE)
(Kawża T-463/17) ( 1 )
““Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RAISE — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001) — Karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 2017/1001) — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1) u (2) tar-Regolament Nru 2017/1001””2018/C 221/28Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Raise Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. Fajgenbaum u T. Lachacinski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Raizers (Pariġi) (rappreżentant: E. Fortunet, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2017 (Każ R 1606/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Raizers u Raise Conseil.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Raise Conseil hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 330, 2.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy