11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – TP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Żamma mis-salarju - Pensjoni tal-manteniment mogħtija minn qorti nazzjonali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ divorzju - Kooperazzjoni legali mal-istanzi ġudizzjarji nazzjonali - Kompetenza limitata - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - -Kodiċi Ewropew ta' Kondotta Amministrattiva Tajba - Regola ta’ konkordanza - Att li jikkawża preġudizzju - Talba għad-danni - Osservanza tal-proċedura prekontenzjuża”))
(2019/C 93/63)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: TP (rappreżentant: W. Limuti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li twettaq żamma fix-xahar fuq is-salarju tar-rikorrent fir-rigward ta’ pensjoni tal-manteniment imħallsa lill-ex konjuġi tiegħu, fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti Taljana u, min-naħa l-oħra, għal-kumpens ta’ dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TP huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy