25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2018 – Edison vs EUIPO (EDISON)
(Kawża T-471/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EDISON - Ċessjoni parzjali - Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Interpretazzjoni tat-termini li jikkomponu l-intestatura tal-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nice u tal-prodotti li jinsabu fil-lista alfabetika li takkumpanjaha”))
(2019/C 72/38)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Edison SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Martucci u I. Gatto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u L. Rampini, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2017 (Każ R 1355/2016-5) rigward it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva EDISON.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Edison SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 309, 18.9.2017.
Full & Egal Universal Law Academy