2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-474/17) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mill-Portugall - Dewmien fil-ħlas - Qbiż tal-limiti massimi - Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 - Korrezzjoni finanzjarja doppja - Proporzjonalità - Terminu ta’ ħlas”)
(2019/C 295/26)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u P. Estêvão, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4136 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi tas-sena finanzjarja 2011, ċerti spejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża minħabba dewmien fil-ħlas u qbiż tal-limiti massimi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy