25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-476/17) (1)
(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva diflubenzuron - Reviżjoni tal-approvazzjoni - Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Drittijiet tad-difiża - Eċċess ta’ poter - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni - Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1107/2009 - Impożizzjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni, ta’ restrizzjonijiet supplimentari li jillimitaw l-użu tas-sustanza attiva inkwistjoni mingħajr stennija tal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid - Proporzjonalità”)
(2019/C 399/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arysta LifeScience Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat-18 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (ĠU 2017, L 128, p. 10).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arysta LifeScience Netherlands BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017
Full & Egal Universal Law Academy