20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 Marzu 2019 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-480/17) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imġarrab mill-Greċja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Kundizzjonalità - Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni - Analiżi tar-riskji - Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”)
(2019/C 172/40)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika, wara l-investigazzjoni bir-referenza ΧC/2014/002/GR, korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa ta’ ammont totali ta’ EUR 1182 054.17 minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-kundizzjonalità (FAEG u FAEŻR).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 357, 23.10.2017.
Full & Egal Universal Law Academy